Aktar minn miljun passiġġier jaqsmu bejn Malta u Għawdex fi tliet xhur – One News

Notifiki

Aktar minn miljun passiġġier jaqsmu bejn Malta u Għawdex fi tliet xhur

Għawdex jibqa’ kalamita għat-turisti u għall-Maltin. Dan tikkonfermah statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li qalet li n-numru ta’ persuni li vjaġġaw bejn Malta u Għawdex bejn April u Ġunju tal-2017 żdied meta kkumparat mal-istess perjodu fl-2016.

Fil-fatt, iż-żieda kienet ta’ 7.3% hekk kif vjaġġaw total ta’ 1,415,326 passiġġier. L-ikbar numru ta’ passiġġieri kien reġistrat f’April, 474,647, numru li jammonta għal 33.5% tat-total ta’ passiġġieri li vjaġġaw bejn Malta u Għawdex fit-tieni kwart tal-2017. Żdiedu ukoll bi 8.3% il-passiġġieri li marru Għawdex b’vettura.

Mill-bidu tas-sena sa Ġunju, l-iktar ġranet li raw passiġġieri jitilqu miċ-Ċirkewwa kienu l-Ġimgħa u s-Sibt filwaqt li dawk li l-Ħadd u t-Tnejn kienu l-iżjed ġranet li fihom il-passiġġieri bdew il-vjaġġ tagħhom mill-Port tal-Imġarr.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend