Mara ta’ 61 sena residenti l-Mellieħa tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-bajja tal-Mistra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:30 meta persuna talab għall-għajnuna hekk kif persuna kienet sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda sfortunatament hi ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Gabriella Vella.