22:40: Fearne u Scicluna jibqgħu fit-tellieqa għal Deputat Mexxej.
22:19: Fi ftit minuti oħra se jibda l-proċess tas-sorting tal-voti għal Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista.
22:15: Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona kien ikkonfermat bi 88% tal-voti favur. Dan ifisser li 639 ivvotaw favur u 87 kontra.
21:17: L-ammont ta’ voti li ntefgħu wiċċhom l’isfel tad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona, qablu mal-ammont ta’ voti mitfugħa.
21:10: Bdiet tinfetaħ il-kaxxa tal-voti ta’ fiduċja fid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona.
Dan hu proċess biex jaqblu mal-ammont totali ta’ voti mitfugħa.
L-ammont ta’ voti li ntefgħu wiċċhom l’isfel tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat, qablu mal-ammont ta’ voti mitfugħa.
20:45: Ftit tal-ħin ilu beda l-proċess tal-għadd tal-voti fejn infetħet il-kaxxa tal-voti ta’ fiduċja fil-Mexxej Laburista u Prim Ministru Joseph Muscat, fejn bdew jintefgħu wiċċhom l’isfel.
Kienu 745 id-delegati li vvotaw fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-konferma fil-Mexxej Laburista Joseph Muscat u d-Deputat Mexxej Chris Cardona fejn kienu biss ħdax id-delegati li ma vvotawx.
Wieħed jista’ jsegwi xandira diretta hawn.