Mara ta’ nazzjonalità Taljana qed issofri minn ġrieħi serji wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar tmien filati minn residenza fin-Nadur f’Għawdex.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu ġewwa Triq Girgor Buttiġieġ, in-Nadur, Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara Taljana ta’ 36 sena, residenti n-Nadur, waqgħet għoli ta’ madwar tmien filati ġo residenza privata.
Il-vittma ittieħdet b’ambulanza lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li qiegħeda issofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr. J Vella Cuschieri LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.