Id-delegati tal-Partit Laburista ddikjaraw fiduċja sħiħa fil-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat.
Ftit iktar minn xahar wara li l-poplu Malti kkonferma lil Muscat Prim Ministru, id-delegati ħadu sehem f’votazzjoni ta’ konferma fit-tmexxija li skont l-istatut tal-Partit Laburista ssir wara kull elezzjoni ġenerali Joseph Muscat kiseb il-fiduċja ta’ 99% tad-delegati li vvotaw.
Dan meta 733 ivvotaw favur u kien hemm seba’ kontra.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona kien ikkonfermat bi 88% tal-voti favur. Dan ifisser li 639 ivvotaw favur u 87 kontra.