Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna se jkunu qed ikomplu fit-tellieqa għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament f’elezzjoni għada.
Dan wara li kisbu l-ewwel żewġ postijiet fl-elezzjoni bejn tliet kontestanti llejla. Il-vot bejniethom, li huwa qrib ħafna, għadu qed jingħad. B’hekk il-Ministru Helena Dalli ġiet elimanata.
Il-voti huma hekk kif ġejjin:
Il-Ministru Helena Dalli: 199
Il-Ministru Edward Scicluna: 249
Il-Ministru Chris Fearne: 296