Mogħża mitlufa fit-toroq ta’ Raħal Ġdid – One News

Mogħża mitlufa fit-toroq ta’ Raħal Ġdid

Qarrejja ta’ one.com.mt bagħtulna dan ir-ritratt ta’ mogħża li ħasdet lil dawk li kienu fit-toroq ta’ Raħal Ġdid. Fost oħrajn lill-passiġġieri li kienu fuq karozza tal-linja partikolari hekk kif din il-mogħża telgħet flimkien ma’ passiġġieri oħra fuqha biex issib kenn mit-toroq u l-karozzi fi triq prinċipali ta’ Raħal Ġdid.

Il-qarrej qalilna li biex ma jħalliex il-mogħża tipperikola ħajjitha, ċempel lill-Animal Welfare għall-għajnuna li dlonk marru fuq il-post u ġabru lil din il-mogħża avventuruża. Iżda jissokta l-appell biex sid il-mogħża jagħmel kuntatt mal-Animal Welfare.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend