Ritratt joħloq kontroversja sħiħa bejn il-ġenituri – One News

Notifiki

Ritratt joħloq kontroversja sħiħa bejn il-ġenituri

Dan ir-ritratt ta’ tarbija b’dik li kienet maħsuba misluta fuq wiċċha ħoloq paniku fost l-ommijiet li raw dan ir-ritratt.

Fil-fatt l-omm irċeviet numru ta’ messaġġi ta’ theddid li fost oħrajn se jressqu rapport lis-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal. Iżda li ma kienux jafu, li dan ma kien xejn għajr ritratt editjat biex jgħaddi messaġġ.

Enedina Vance bħala deskrizzjoni ta’ dan ir-ritratt kitbet li hija s-sid ta’ binta sakemm tagħlaq tmintax-il sena, “Jiena sid it-tifla, għax it-tifla hija tiegħi.” Din l-omm għamlet dan biex ixxerred il-messaġġ li t-tfal ta’ din l-età m’għandhomx ikunu suġġetti għal dawn it-tip ta’ affarijiet.

B’reazzjoni għan-numru ta’ messaġġi li rċeviet qalet, li dan ir-ritratt kompla jagħti raġun dak li hi taqbel miegħu, jiġifieri, li l-ġenitur qatt m’għandu d-dritt jieħu deċiżjoni ta’ din it-tip għal ulieda, irrelevanti l-età tagħhom.

Hija għamlet dan il-messaġġ fuq il-profil tagħha biex tara xi tkun ir-reazzjoni tal-ġenituri, ġenituri li fil-maġġoranza tagħhom kellhom kliem ta’ kritika għal din l-omm. Kritika li kienet qed tfittex l-omm biex tassigura li l-għan wara dan ir-ritratt jintlaħaq.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend