Tkompli teskala t-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq – One News

Notifiki

Tkompli teskala t-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq

Il-Gvern Amerikan ikkonferma li l-Korea ta’ Fuq ippruvat missila b’saħħitha li kapaċi twassal sal-Istat Amerikan tal-Alaska.

Is-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson iddeskriva din il-missila bħala waħda ta’ skala kompletament ġdida għat-theddida nukleari li qed jaffaċċjaw l-Istati Amerikani.

Qal li Washington qatt m’hu se taċċetta Stat armat b’armi nukleari.

Il-Gvern Amerikan irritalja għal dan u ssieħeb mal-Korea T’Isfel f’eżerċizzju militari konġunt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend