Notifiki

Sewwieqa ta’ mutur affaċċjata b’sitwazzjoni mhux tas-soltu f’San Pawl il-Baħar

Sewwieqa ta’ mutur kienet affaċċjata b’sitwazzjoni mhux tas-soltu f’San Pawl il-Baħar meta sabet ir-rota tal-mutur tagħha invażata bin-naħal.

Is-sewwieqa, li hija barranija, talbet għall-għajnuna meta ntebħet li kellha r-rota tal-mutur tagħha miksi naħal li jekk ma jitneħħewx kif suppost jaf ikunu ta’ periklu għall-bniedem.

Is-sewwieqa, Tamara Nesic, poġġiet ritratt tal-mutur tagħha fuq grupp popolari ma’ dawk li għandhom għal qalbhom l-annimali u dlonk bdew il-kummenti biex ma jsir xejn li joqtol lil dawn in-naħal għaliex saru skarsi f’pajjiżna.

Fil-fatt, din it-tfajla sabet l-għajnuna mill-Bee Keepers association li se jkunu qegħdin joffru l-għajnuna lis-sewwieqa filwaqt li jsalvaw dan in-naħal.

Żgur mhux xena li naraw ta’ spiss hekk kif normalment dan l-ammont ta’ naħal narawh fil-bejta tiegħu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend