AĠĠORNAT: Mhux magħruf x’wassal għall-mewt tar-raġel li nstab mejjet f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Mhux magħruf x’wassal għall-mewt tar-raġel li nstab mejjet f’Ħal Qormi

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar sejba ta’ raġel mejjet fi Triq il-Mastrudaxxa f’Ħal Qormi.

Il-katavru tar-raġel instab f’binja miftuħa. Aktar kmieni l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu għaddejjin b’ħidma biex il-katavru jinħareġ mill-binja.

Il-kawża tal-mewt tar-raġel u l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.

Numru ta’ esperti forensiċi nġabru fuq il-post biex tinġabar l-evidenza, biex fost oħrajn jiġi investigat jekk kienx hemm persuni oħra involuti f’dan il-każ.

Infetħet inkjesta bil-Maġistrat dwar il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend