Il-grawnds tal-iskejjel tal-Gvern se jinfetħu fis-Sajf għal tfal bl-awtiżmu – One News

Notifiki

Il-grawnds tal-iskejjel tal-Gvern se jinfetħu fis-Sajf għal tfal bl-awtiżmu

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Fondazzjoni Marigold niedew inizjattiva mmirata għall-ġenituri bi tfal bl-awtiżmu għall-ħames sena konsekuttiva.

Matul is-sajf, erba’ playgrounds fl-iskejjel tal-Gvern, fosthom skola f’Għawdex, se jkunu miftuħa bħala postijiet ta’ rikreazzjoni f’ambjent sigur.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat qalet li l-ġenituri bi tfal bl-awtiżmu għandhom l-opportunità li jqattgħu ħin f’ambjent ta’ serħan il-moħħ u jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet mgħammra apposta biex it-tfal bl-awtiżmu jkunu jistgħu jilagħbu mingħajr periklu.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li din hi inizjattiva li turi li l-iskejjel huma miftuħa għall-komunità u mhumiex distakkati mill-bqija tal-komunità. Irringrazzja lill-għaqda tal-ġenituri bi tfal bl-awtiżmu kif ukoll lil Marigold Foundation għax-xogħol siewi li jagħmlu b’riżq it-tfal u ż-żgħażagħ b’din il-kundizzjoni.

Dawn huma l-postijiet u l-ħinijiet tal-ftuħ:

Il-Ħamis Il-Ġimgħa Is-Sibt Il-Ħadd/Festi Pubbliċi
L-Iskola Primarja Ħ’Attard – Kulleġġ San Nikola N/A 17:30 – 20:30 18:00 – 21:00 10:00 – 17:00
L-Iskola Primarja Sannat (Għawdex) N/A 18:00 – 21:00 09:00 – 12:00 N/A
L-Iskola Sekondarja Mosta (Żokrija)- Kulleġġ Maria Reġina 18:00 – 21:00 17:30 – 19:30 N/A N/A
L-Iskola Primarja Marsaxlokk – Kulleġġ St Thomas More N/A 17:00 – 20:30 10:00 – 17:00 10:00 – 17:00

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend