Minkejja l-iskemi ta’ ħabi u li jiksru l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, il-PN b’dejn ta’ €9 miljun – One News

Notifiki

Minkejja l-iskemi ta’ ħabi u li jiksru l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, il-PN b’dejn ta’ €9 miljun

  • Il-Klikka tal-PN tat żieda lilha nnfisha minkejja dejn bla preċedent

Minkejja li tul dawn l-aħħar snin l-Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ħolqot 3 skemi li jew iduru jew saħanistra jiksru l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti; l-iskema ċedoli, l-iskema tal-pagi mħallsa mill-privat u l-iskema tad-dħul minn fondi tal-EU, il-Partit Nazzjonalista għandu l-qagħda finanzjarja tiegħu ħażina ħafna. Id-dejn tal-Partit Nazzjonalista llum jlaħħaq kważi €9 miljun.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija li kompla jżied li “mhux ta’ b’xejn lir-rapport finanzjarju lill-Kummissjoni Elettorali kien preżentat wara l-elezzjoni Ġenerali u xahrejn wara ż-żmien stipulat.”

To add insult to injury, l-Amministrazzjoni ta’ Simon Busuttil li l-ewwel ħaġa li għamlet kif daħlet fit-tmun tal-PN kienet li keċċiet lill-ħaddiema tal-istamperija, fl-aħħar snin minkejja l-qagħda finanzjarja, tat żieda lilha nnifsha ta’ 11% f’pagi u ddaħħlu nies b’parentela jaħdmu mal-PN.

Il-Partit Laburista qal li dan kollu jgħid ħafna fuq il-karattru tal-Kap tal-Oppożizzjoni li fl-istess ħin kien qed jgħid lill-partitarji tal-Partit Nazzjonalista li l-PN kien qed jagħmel il-qligħ, il-verità kienet xorta oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend