Il-moda, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u s-sena 1917…x’għandhom x’jaqsmu? – One News

Notifiki

Il-moda, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u s-sena 1917…x’għandhom x’jaqsmu?

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja dwar il-moda f’Malta mill-1917.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, hu sostna li l-ilbies u l-moda juru tassew it-tibdil li sar fis-soċjetà matul is-snin, hekk kif l-istil, id-disinn u l-arti tal-ilbies ta’ epoka jirriflettu ż-żmien u r-rabtiet li l-Maltin kellhom ma’ ġnus differenti.

L-Ispeaker kompla billi qal li l-ħeġġa fil-Maltin tal-imgħoddi u anke tal-lum sabiex isaħħu r-rabtiet tan-negozju tagħhom ma’ pajjiżi oħra turi d-dinamiżmu tal-Maltin sabiex jibnu u jagħtu lill-pajjiżhom qafas ta’ ekonomija b’saħħitha u soda. Hu fakkar lil kulħadd li tul dawn il-mitt sena, in-nazzjon Malti għadda minn tibdil politiku kbir, minn żmien kolonjali, għat-twaqqif tal-istat ta’ Malta bl-indipendenza fl-1964, għat-twaqqif tar-Repubblika ta’ Malta fl-1974, l-egħluq tal-bażijiet militari Ingliżi f’Malta fl-1979, u s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004, u li grazzi għal dan it-tibdil politiku kbir f’pajjiżna ssaħħaħ l-istat ta’ Malta u kabbar ir-relevanza politika ta’ pajjiżna.  L-Ispeaker kompla jgħid illi l-istess jista’ jingħad għall-ekonomija Maltija, li minn waħda li kienet tiddependi fuq id-dħul mill-bażijiet militari Brittaniċi, imxiet għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija b’għadd sabiħ ta’ operaturi ekonomiċi f’pajjiżna jimirħu fi swieq lil hnin mill-konfini tal-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika u fl-Amerika, bħala parti mill-moviment minn ekonomija magħluqa għal waħda globali.

Fil-kuntest ta’ din il-wirja, l-Ispeaker saqsa dwar kif dan il-qasam jista’ jikber fil-ġejjieni filwaqt li ħeġġeġ l-imprendituri Maltin jinvestu aktar fil-qasam tal-ilbies u l-moda, qasam li jista’ jikber f’mutur ieħor tal-ekonomija Maltija.

L-esbiti f’din il-wirja juru l-personalità u l-karattru tal-persuna li sawret il-libsa u min jilbisha.   Għalhekk wieħed jista’ jagħraf f’dawn l-esbiti xi ħaġa unika, li għalkemm tista’ tkun influwenzata minn stili diversi, hemm fihom element partikolari attribwiti lill-Maltin, tenna l-Ispeaker. 

Għall-ftuħ uffiċjali ta’ din il-wirja attendew u indirizzaw lil dawk preżenti l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli u l-Membru tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi.

Ritratti: DOI, Pierre Sammut

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend