Għal iktar indipendenza u dinjità – One News

Notifiki

Għal iktar indipendenza u dinjità

Iddiżinjat għall-studenti b’diżabilita’ intelletwali, il-programm “Pathway programme to independent living” offrut mill-MCAST qed ikompli jgħin lil dawn l-istudenti biex jingħataw ħiliet u jkunu kapaċi jgħixu b’mod indipendentifilwaqt li jiffaċilitaw is-sejbien ta’ xogħol dinjituż.

Għalkemm ilu fis-seħħ għal dawn l-aħħar għaxar snin, kif tistqar magħnaMarthese Matusiak Deputat Direttur tal-Programm, it-titjib fl-ekonomija tal-pajjiż wassal sabiex dan il-programm jiġi mtejjeb u addattat għall-bżonnijiet tal-llum.

 Il-kors ta’ sentejn iwassal sabiex studenti ikomplu jitgħallmu l-lingwi, l-kompjuter u l-matematika. Permezz ta’ attivitajiet extrakurrikulari, u tagħlim tax-xjenza dawn l-istudenti jingħataw għajnuna sabiex jimmasimizzaw il-potenzjal tagħhom. Iżda mhux biss. Il-programm joffri tagħlim bażiku kif ukoll taħriġ fis-settur tal-ospitalita’, xogħol relatat mal-uffiċju u ħiliet oħra relatati mas-servizzi li se jkunu qed joffru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend