“Tieklux aktar laħam taż-żiemel” – Brigitte Bardot – One News

Notifiki

“Tieklux aktar laħam taż-żiemel” – Brigitte Bardot

Il-President tal-Fondazzjoni Brigitte Bardot, li hija fondazzjoni Franċiża li taħdem favur il-protezzjoni tal-annimali bagħtet ittra liċ-ċittadini Maltin.

F’din l-ittra appellat biex “anke jekk din se tkun sfida għalik, qed insaqsik minn qalbi biex tieqaf tiekol il-laħam taż-żiemel.”

Din il-Fondazzjoni internazzjonali li taħdem f’diversi pajjiżi, bl-għan ewlieni hija li ssalva annimali li jkunu fil-mira ta’ abbuż, qabblet liż-żwiemel mal-klieb u qalet li meta wieħed jiekol żiemel daqslikieku qed jiekol kelb għaliex iż-żwiemel huma “meraviljużi u intelliġenti” u għalhekk “m’għandhomx jintużaw bħala ikel.”

Brigitte Bardot bagħtet ukoll ittra indirizzata lill-Prim Ministru fejn talbitu, fost oħrajn, biex iż-żiemel jingħata l-istatus ta’ annimal domestiku.

Din hija l-ittra li bagħtet liċ-ċittadini Maltin, Brigitte Bardot: 

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/06/Open-Letter-to-Maltese.pdf” title=”Open Letter to Maltese”]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend