Raġel ma jitħalliex abbord ajruplan għaliex għandu diżabbiltà – One News

Notifiki

Raġel ma jitħalliex abbord ajruplan għaliex għandu diżabbiltà

Il-linja tal-ajru Japan’s Vanilla Air għamlet apoloġija wara li persuna b’diżabbiltà li tagħmel użu mis-siġġu tar-roti ġiet sfurzata li titla t-taraġ biex titħalla fuq l-ajruplan.

Hideto Kijima ngħata l-għajnuna mill-ħbieb tiegħu biex ikun jista’ jagħmel dan. Iżda fit-titjira lura mill-gżira ta’ Amami, l-impjegati tal-linja tal-ajru qalu lir-raġel li għal raġuni ta’ sigurtà jekk ir-raġel ma jirnexxilux jitla fuq l-ajruplan mingħajr ebda għajnuna ma jitħalliex jitla fuq it-titjira.

Huwa spiċċa juża idejh biex ikun jista’ jitla t-taraġ tal-ajruplan biex jitħalla jaqbad it-titjira lura lejn pajjiżu.

Din mhux l-ewwel darba li Kijima siefer u fil-fatt huwa l-Kap taċ-ċentru Turistiku tal-Ġappun biex jassigura aċċessibilità massima għat-turisti. Huwa kien f’aktar minn 200 ajruport f’158 pajjiż differenti minn meta spiċċa paralizzat wara logħba tar-rugby fl-1990.

Huwa qal li minkejja ma jsibiex faċli li jivvjaġġa, ħadd qatt ma qallu li ma jistax jitla abbord ajruplan għaliex għandu diżabbiltà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend