L-Imnarja – festa bi tradizzjoni fil-ġonna tal-Buskett – One News

Notifiki

L-Imnarja – festa bi tradizzjoni fil-ġonna tal-Buskett

Illum huwa l-jum iddedikat lill-bdiewa. Jum li matulu jkollhom iċ-ċans jesebixxu l-aqwa frott, ħxejjex u bhejjem tagħhom.

Dan kollu fil-festa tal-Imnarja, festa li għalkemm ilha tiġi ċċelebrata s-snin, l-konkorrenza għaliha għadha waħda kbira. L-Imnarja hija ċelebrazzjoni tal-bżulija tal-bdiewa u r-raħħala għall-ħidma tagħhom matul is-sena biex jipprovdulna l-aqwa prodott fuq il-mejda tagħna.

F’din iċ-ċelebrazzjoni fil-ġonna tal-Buskett ma setax jonqos l-ikel tipiku Malti li mhux biss niżel għasel mal-Maltin iżda anke mat-turisti li llum kellhom iċ-ċans japprezzaw il-prodott Malti.

Kien hemm ukoll wirjiet tal-annimali, fosthom wirja tal-kelb tipiku Malti li huwa tar-razza magħrufa bħala tal-fenek. Ma naqsux wirjiet ta’ annimali oħra bħal fniek, żrameġ u sriedaq li paxxew lil bosta bis-sbuħija tagħhom.

Fl-attività, s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri u l-Aġent President Dolores Cristina ppreżentaw trofew lir-rebbieħa u għadd ta’ volontiera li pparteċipaw fl-attivitajiet tal-Imnarja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend