Il-kontribut tal-kultura fl-ekonomija huwa akbar minn dak tal-kostruzzjoni – One News

Notifiki

Il-kontribut tal-kultura fl-ekonomija huwa akbar minn dak tal-kostruzzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li l-industriji tal-kultural u l-kreattività ikkontribwew 7% lill-ekonomija Maltija fl-2015 – aktar mill-industruja tal-kostruzzjoni li kien ta’ 4%.

F’dak li huma impjiegi, dawn għandhom 5% – tliet darbiet aktar mill-2010; minn 1,100 għal 2,800 impjegat.

Il-Ministru Abela qal li hija ħasra li l-wirt kulturali tas-Sirja qed jiħi meqrud fil-gwerra ċivili.

Glen Beddingfield iffoka  l-aktar fuq il-Kottoners u r0restawr tal-bini l-aktar fil-Birgu. Huwa qal li wara r-restawr tal-Forti Sant’Iermu u l-Forti Sant’Anġlu, isasa jmiss il-Forti Rikażoli, il-baracks ta’ Verdala u s-swar.

Huwa nnota b’sodisfazzjon ir-restawr tal-bini f’Baċir Nru 1 f’Bormla biex jilqa’ l-American University of Malta u x-xogħol li qed isir biex il-Maċina tinbidel f’Lukanda.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend