Aktar binjiet mibnija bl-istess materjal riskjuż tat-torri Grenfell – One News

Aktar binjiet mibnija bl-istess materjal riskjuż tat-torri Grenfell

Aktar binjiet fir-Renju Unit huma miksija bil-materjal li bih kienet miksija l-binja li ħadet in-nar, Grenfell. Huma 600, il-binjiet għoljin li huma miksija b’dan il-materjal li ħalla 79 persuna mejta.

Blokkijiet ta’ bini li jinsabu f’postijiet differenti madwar ir-Renju Unit li qed jiġu eżaminati biex ikun magħruf jekk il-materjal li ntużax waqt il-kostruzzjoni ta’ dawn il-binjiet.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li l-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli mill-appartamenti ġew avżati bir-responsabbiltajiet tagħhom.

Biex b’hekk qed jittieħdu l-prekawzjonijiet neċċessarji biex ma jerġax ikun hemm inċidenti simili. Fil-fatt minn numru ta’ testijiet li saru ġie stabbilit li minn tal-inqas tliet binjiet oħra huma miksija bl-istess materjal li jieħu n-nar malajr.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend