Aħbar tajba għaċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit – One News

Notifiki

Aħbar tajba għaċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel iddeskriviet il-pjan tar-Renju Unit, bħala parti minn BREXIT, bħala bidu tajjeb dan hekk kif lest jassigura d-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Merkel żiedet li madankollu xorta waħda qed iqumu għadd ta’ mistoqsijiet u għad fadal xi jsir sa Ottubru.

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May żvelat waqt is-summit tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li għalih hemm preżenti l-Mexxejja Ewropej fi Brussell il-wegħda tar-Renju Unit li se jkun qed jirrispetta d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej wara t-tluq tiegħu mill-Unjoni Ewropea.

May spjegat li ċittadini Ewropej li jkunu ilhom jgħixu fir-Renju Unit għal ħames snin se jkunu qed igawdu minn drittijiet li jgawdu minnhom dawk li twieldu u jgħixu fir-Renju Unit permezz ta’ UK settled status, jiġifieri jkollhom aċċess għas-saħħa, l-edukazzjoni u benefiċċji oħra. Pjan li jaffettwa aktar minn 3.2 miljun ċittadin Ewropew li qed jirrisjedu fir-Renju Unit.

Il-kwistjoni tad-drittijiet ta’ ċittadini hija fuq quddiem nett biex jintlaħaq qbil dwarha dan filwaqt li hemm kwistjonijiet oħra bħal abbozz dwar id-divorzju u l-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq.

Merkel fakkret li l-għan tas-summit mhux li jiddiskuti Brexit u saħqet li l-akbar prijorità għaliha hija li jiġi mfassal il-futur tas-27 membru stat.  Qabel l-offerta ta’ May, l-Unjoni Ewropea proponiet li ċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit għandhom jibqgħu jgawdu mill-istess drittijiet, infurzati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Wara s-summit, il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għażlet li tassigura lill-Mexxejja Ewropej li r-Renju Unit “ma jrid lil ħadd jitlaq, u ma jridx li l-familja jinqasmu.” Kien propja sena ilu li r-Renju Unit ivvota biex ma jibqax membru tal-Unjoni Ewropea, bi Brexit għandu jiġi nnegozjat sat-30 ta’ Marzu 2019.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend