“Ilħaqt żmien il-gwerra… żmien diffiċli għall-Maltin” – One News

Notifiki

“Ilħaqt żmien il-gwerra… żmien diffiċli għall-Maltin”

Żgur mhux forsi li kull min għandu jew leħaq lin-nanniet kbar fl-età, żgur għandhom xi memorja tagħhom u xi rakkonti dwar żmien il-gwerra f’Malta. Żmien li kien diffiċli mmens u li għalkemm għaddew diversi snin minn fuq dawk il-ġrajjiet xorta waħda l-istejjer jibqgħu fl-imħuħ ta’ bosta.

Mary rrakkontat ma’ The People of Malta kif hi laqħet il-gwerra u tiftakarja tinżel fix-xelters. Irrakkontat kif “niftakar darba minnhom waqgħet bomba ferm viċin fejn konna. Ħu missieri hekk kien miet, fi żmien il-gwerra.”

Spjegat kif “Dak iż-żmien, mill-Birgu tlaqna noqogħdu Ħal Qormi, sibna wieħed bil-forn u żammna miegħu. Ommi kienet tellgħet l-għamara biż-żiemel. U dan l-imbierek ta’ żiemel spiċċa ħarab bl-għamara b’kollox. Imnalla kien suldat li mar jiġri warajh biex jaqbdu!”

Temmet billi qalet li żmien il-gwerra kien żmien diffiċli ħafna għall-Maltin.

Ritratt: The People of Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend