BRUSSELL: Magħrufa l-identità tas-suspettat – One News

BRUSSELL: Magħrufa l-identità tas-suspettat

Ir-raġel suspettat li kien se jwettaq attakk terroristiku ieħor permezz ta’ bomba fi stazzjon tal-ferrovija fi Brussell kien Marokkin ta’ 36 sena. Ir-raġel kien jgħix f’Molenbeek, distrett li sar sinonimu ma’ simpattizzanti tal-Istat Iżlamiku.

Huwa kien qed iġorr bomba tal-imsiemer u sustanza kimika. Ir-raġel inqatel mill-Pulizija ftit wara l-isplużjoni li qed tiġi meqjusa bħala attakk terroristiku. Huwa kien magħruf mill-Pulizija iżda mhux b’rabta ma’ terroriżmu.

Il-Prosekutur Eric Van der Sypt qal li s-suspettat avviċina grupp ta’ passiġġieri fl-istazzjon tal-ferrovija u prova jisplodi l-bagalja tiegħu. Bagalja li splodiet u ħadet in-nar qabel splodiet għat-tieni darba.

Ir-raġel prova jattakka ukoll suldat u għajjat il-kliem “Allahu Akbar” qabel inqatel mill-forzi tas-sigurtà.

Kmieni l-Ergħa filgħodu, il-Pulizija għamlu tfittxija fir-residenza tiegħu f’Molenbeek.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend