Rebħa favur l-ambjent – One News

Notifiki

Rebħa favur l-ambjent

Il-Kummissjoni għall-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni biex jitkabbar kjosk li hemm f’Ħondoq ir-Rummien, il-Qala, Għawdex.

Anke l-Awtorità għat-Turiżmu kienet qed toġġezzjona għal din l-applikazzjoni għax ma rat ebda skop għal din it-talba li kellha l-oġġezzjoni wkoll tal-Kunsill Lokali.

Iżda, ir-rifjut tal-Awtorità tal-Ippjanar niżel għasel ma’ ambjentalisti u dawk li għandhom għal qalbhom il-post deskritt bħala ġawrha ambjentali. Saħansitra Flimkien għal Ambjent Aħjar iddeskrivew id-deċiżjoni bħala rebħa għall-ambjent. Anke għaliex permezz ta’ din id-deċiżjoni ma nfetaħx preċedent għal żviliupp ieħor kif kienet il-biża’ li seta’ jiġri.

Flimkien għal Ambjent aħjar fakkret li hi qed titlob li l-post ikun deskritt bħala demanju pubbliku. Talba li għadha qed tkun proċesata u li fi kliem l-organizazzjoni ambjentali għandha tingħata iktar importanza wara din id-deċiżjoni.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend