Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident f’Ħal Għaxaq – One News

Notifiki

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident f’Ħal Għaxaq

Eritrejan sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18:00 ta’ filgħaxija fi Triq Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Eritrejan, ta’ 34 sena li jirrisjedi l-Gudja ntlaqat minn vettura Renault Megane, misjuqa minn mara ta’ 34 sena, residenti Ħaż Żabbar.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend