AĠĠORNAT: L-għajnuna waslet u l-ħolma ta’ żewġ subien se ssir realtà – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-għajnuna waslet u l-ħolma ta’ żewġ subien se ssir realtà

Is-sejħa li għamlu fuq il-paġna ta’ facebook, Children’s Dreams, xtaqet tirringrazzja lill-qarrejja ta’ one.com.mt li wieġbu għas-sejħa ta’ għajnuna. Dan hekk kif żewġ subien adoloxxenti li għexu ħajjithom kollha f’kura residenzjali kellhom bżonn żewġ bagalji ġodda. Bagalji li wara l-artiklu fuq ONE.COM.MT issa ngħataw bla ħlas filwaqt li saru numru kbir ta’ offerti.

L-inizjattiva Children’s Dreams, li hija organizzata mill-Aġenzija appoġġ poġġiet messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook biex tinforma n-nies li żewġ subien għandhom bżonn żewġ bagalji. Dan hekk kif ingħataw l-opportunità li jsiefru u jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-konferenza ‘The voice of the Maltese Children in care’.

Is-subien huma entużjasti ferm u din se tkun l-ewwel darba li se jkunu qed isiefru. Minkejja li Children’s Dreams irnexxielha ssib appoġġ minn numru ta’ sponsors biex huma jkunu jistgħu jsiefru. Kien jonqoshom biss, żewġ bagalji ġodda, li grazzi għas-solidarjetà tal-Maltin issa għandhom ukoll.

“Dawn jagħmlu l-esperjenza tagħhom kompleta u jħossuhom ugwali ma’ adoloxxenti oħra li se jipparteċipaw f’din il-konferenza.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend