Regolarizzati aktar fish farms – One News

Notifiki

Regolarizzati aktar fish farms

Il-Bord tal-Ippjanar approva permess temporanju ta’ sentejn għal sitt gaġeġ tat-tonn biex dawn jitneħħew min-Nofsinhar ta’ Kemmuna. Is-sit il-ġdid huwa madwar ħames kilometri lil hinn mix-xatt, ’il barra mis-Sikka l-Bajda.

Dan il-permess huwa soluzzjoni temporanja sakemm id-Dipartiment tas-Sajd jistabilixxi t-tieni żona akwakulturali fit-Tramuntana tal-pajjiż.

B’din iċ-ċaqliqa dan l-operatur tal-fish farms ikun konformi mal-ftehim milħuq mal-Awtorità tal-Ippjanar. Ftehim li jinkludi t-tneħħija tal-istrutturi u t-tagħmir kollu mis-sit ta’ Kemmuna.

Huwa kkalkulat li s-sit gaġeġ tat-tonn se jilħqu kwota ta’ elf u ħames mitt tunnellata ta’ ħut.

F’Settembru li għadda il-Bord tal-Ippjanar irrevoka għaxar permessi ta’ żvilupp ta’ fish farms, wara li nstab li kienu qed joperaw bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-ippjanar. B’riżultat ta’ dan il-ksur, żoni tal-għawm kienu impattati b’mod negattiv ferm.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend