Il-maġġoranza jaqblu li priġunier għandu jitħalla jieħu l-qattus miegħu l-ħabs – One News

Notifiki

Il-maġġoranza jaqblu li priġunier għandu jitħalla jieħu l-qattus miegħu l-ħabs

Fl-awla tal-Qorti saret talba mhux tas-soltu, dik li l-akkużat jieħu lill-qattus miegħu l-ħabs. Qed nitkellmu dwar raġel ta’ 34 sena mill-Panama residenti San Ġiljan li ngħata s-sentenza ta’ ħmistax-il xahar priġunerija wara li nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga kokaina, u pussess tal-kannabis.

Talba li dwarha kkummentaw mijiet ta’ nies fi grupp fuq facebook li fih jitpoġġew affarijiet relatati mal-annimali. Bosta argumentaw li annimal jista’ jservi bħala terapija għal dan il-priġunier. Oħrajn iddiskutew l-argument li kull priġunier għandu jkollu annimal x’jieħu ħsieb fil-ħabs, għaliex jemmnu li l-annimali joħorġu t-tajjeb mill-bniedem u li għalhekk l-annimal jista’ jkun strumentali.

Kumment minnhom jgħid: “Naqbel, jekk il-qattus jista’ jżommlu kumpanija u jgħinu biex ikollu futur aħjar u aktar pożittiv. Ilkoll nafu kemm hi mportanti għalina l-imħabba tal-annimali tagħna.”

Iżda minkejja li l-maġġoranza tal-kummenti kienu pożittivi, kien hemm ukoll kummenti minn persuni li ma jaqblux. B’wieħed minnhom jgħid li ma jaqbilx għaliex ir-raġel sejjer il-ħabs u mhux fuq vaganza u li għalhekk m’għandux jitħalla jieħu l-qattus miegħu l-ħabs.

Kumment ieħor li ġġenera numru ta’ risposti kien dak li jgħid li hekk il-qattus xorta waħda se jispiċċa qisu msakkar f’zoo, u li jekk dan il-priġunier jitħalla jieħu l-qattus miegħu l-ħabs, il-priġunieri l-oħra għandhom jitħallew ukoll.

Iżda, jekk dan il-priġunier hux se jitħalla jew le għadu mhux magħruf għaliex il-Qorti qalet lir-raġel biex jistaqsi l-awtoritajiet relevanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend