L-iskjavitù tad-dinja moderna tal-lum diskuss f’summit fil-Palazz tal-President – One News

L-iskjavitù tad-dinja moderna tal-lum diskuss f’summit fil-Palazz tal-President

Tul il-jum qed isir summit fil-Palazz tal-President f’San Anton dwar kif jista’ jintemm l-iskjavitù tal-lum il-ġurnata.

F’dan is-summit ġiet iffirmata dikjarazzjoni konġunta li hi ffirmata mill-mexxejja reliġjużi kontra l-iskjavitù fid-dinja moderna tal-lum fejn fiha jaqblu li se jkunu qed jaħdmu flimkien b’mod spiritwali u kif ukoll b’azzjoni prattikali biex tiġi eredikata l-kriminalità kontra l-bnedmin.


Fid-diskors tagħha l-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li ħamsa u tmenin miljun persuna madwar id-dinja jagħmlu xogħol perikoluż, b’25% qegħdin f’child labour.

Il-fenomenu ta’ Child labour jippersisti wkoll fl-Unjoni Ewropea. Stqarret li l-eżempji ta’ skjavitù fid-dinja moderna tal-lum huma atti kriminali serji kontra l-umanità.

Sostniet li mhux biżejjed li nkunu konxji imma għandna responsabbiltà li nagħmlu ħilitna biex insarrfu l-kliem f’azzjoni.

Dan billi niġġieldu l-kriminalità organizzata u nindirizzaw l-għeruq li qed jikkawżaw l-iskjavitù fosthom il-faqar, il-prekarjat u l-kunflitt li jwasslu għall-vulnerabbiltà tal-individwu.

Temmet billi appellatt lill-awtoritajiet biex jagħmlu aktar f’dan ir-rigward.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend