Il-Kabinett il-ġdid madwar il-mejda għall-ewwel darba – One News

Il-Kabinett il-ġdid madwar il-mejda għall-ewwel darba

Illum saret l-ewwel laqgħa tal-kabinett il-ġdid. Kabinett li fih hemm tmien uċuħ ġodda li ġew eletti għall-ewwel darba fl-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju. Sebgħa minn dawn qed jokkuppaw il-kariga ta’ Segretarji Parlamentari.

Il-Kabinett il-ġdid tat-tieni leġiżlatura tal-Prim Ministru Joseph Muscat jinkludi 14-il Ministru u 10 Segretarji Parlamentari. Kienu bosta l-Ministri li żammew id-dekasteru li kellhom filwaqt li oħrajn illum poġġew madwar il-mejda għall-laqgħa tal-Kabinett b’dekasteru ġdid.

Fil-kabinett, il-Prim Ministru għandu lil Dr Robert Abela bħala konsulent legali filwaqt li Dr Byron Camilleri huwa l-whip tal-grupp Parlamentari Laburista.

Dawn huma l-karigi fi ħdan il-kabinett:

Chris Cardona bħala Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar

Evarist Bartolo bħala Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Joe Mizzi bħala Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma

Helena Dalli bħala Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza

Edward Scicluna bħala Ministru għall-Finanzi

Konrad Mizzi bħala Ministru għat-Turiżmu

Michael Farrugia bħala Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali

Owen Bonnici bħala Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Jose Herrera bħala Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima

Chris Fearne bħala Ministru għas-Saħħa

Carmelo Abela bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ

Ian Borg bħala Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali

Justyne Caruana bħala Ministru għal Għawdex

Michael Falzon bħala Ministru għal Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.

Filwaqt li s-Segretarji Parlamentari huma:

Silvio Schembri bħala Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni

Julia Farrugia bħala Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni

Clifton Grima bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji

Aaron Farrugia bħala Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali

Silvio Parnis bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet

Deo Debattista bħala Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18

Clint Camilleri bħala Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Chris Agius bħala Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Propjetà

Roderick Galdes bħala Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Tony Agius Decelis bħala Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.

Fl-ewwel laqgħa tal-kabinett tiġi skedata l-ħidma tal-Ministeri u s-Segretarji Parlamentari li se tkun qed twassal għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Dan ifisser li fil-laqgħa tal-kabinett jiġu diskussi liema liġijiet huma ta’ prijorità li jitqajjmu fil-Parlament.

Il-Prim Ministru diġà tenna li se jkun qed jaħdem fuq liġijiet li ġew approvati fil-leġiżlatura preċedenti biex dawn jiġu konklużi biex imbagħad wieħed mill-ewwel punti fuq l-aġenda se jkun id-dritt taż-żwieġ lil koppji tal-istess sess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend