Malta lura fil-Biennale Arte ta’ Venezja wara 20 sena – One News

Notifiki

Malta lura fil-Biennale Arte ta’ Venezja wara 20 sena

Wara kważi għoxrin sena, Malta rritornat fil-Biennale Arte ta’ Venezja – waħda fost l-iżjed wirjiet internazzjonali prestiġjużi fl-Arti Kontemporanja.

Il-padiljun ta’ Malta, magħmul minn żewġ kuraturi u jesponi xogħlijiet minn tlettax –il artist kontemporanju, iġib l-isem ta’ “Homo Melitensis : An incomplete history in 19 chapters”.

Permezz ta’ din l-installazzjoni artistika, il-kuraturi użaw mal-mitejn oġġett biex investigaw bir-reqqa u b’mod antropoloġiku l-identità Maltija.

Din hija s-sebgħa u ħamsin edizzjoni ta’ din l-esebizzjoni prestiġjuża, li toffri pjattaforma għall-espressjoni artistika minn artisti madwar id-dinja.

Malta diġà kisbet l-attenzjoni ta’ ġurnali internazzjonali prominenti bħal The Guardian; bil-padiljun Malti ssemma’ fost l-aqwa fil-Biennale ta’ Venezja.

Il-Padiljun ta’ Malta, li għandu fil-belt Taljana sal-aħħar ta’ Novembru, kien ikkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Biċ-ċermen tiegħu Albert Marshall fakkar kif dan jifforma parti mill-istrateġija nazzjonali tal-Kunsill bil-għan li aktar arti Maltija titressaq ’il quddiem fuq livell nazzjonali.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend