L-IS toqtol żewġ għalliema ta’ nazzjonalità Ċiniża – One News

Notifiki

L-IS toqtol żewġ għalliema ta’ nazzjonalità Ċiniża

L-Istat Islamiku qal li qatel żewġ persuni ta’ nazzjonalità Ċiniża li kienu maħtufa fil-Pakistan minn irġiel armati lejn l-aħħar ta’ Mejju.

Kienet l-aġenzija tal-aħbarijiet li tiffavorixxi lill-IS li ħabbret dan.

Il-Ministeru taċ-Ċina għall-Affarijiet Barranin sostna li jinsab “inkwetat ħafna” u qed jaħdmu sabiex jivverifikaw din l-informazzjoni.

Iż-żewġ persuni x’aktarx kienu qed jgħallmu l-Urdu fiċ-ċentru tal-lingwa fil-belt ta’ Quetta meta ġew maħtufa.

Skont rapporti li dehru fil-midja barranija, il-koppja ġew maħtufa meta kienu ħerġin miċ-ċentru. Mara ta’ nazzjonalità Ċiniża rnexxiela taħbar dakinhar li seħħ l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend