“X’hawn isbaħ mill-kwiet?” Hekk staqsew Connie, Fredu u Rita mal-paġna The People of Malta waqt li kienu xxamplati fil-Bajja ta’ Mistra. Dan hekk kif għalkemm kellna ftit tax-xita tul dawn il-jiem, nistgħu ngħidu li t-temp sajfi diġà qed jinħass.
Ma’ The People of Malta, Connie, Fredu u Rita spjegaw kif “Kull weekend, sajf u xitwa niġu hawn għall-kwiet. Hawn nafu lil xulxin, aħna ġirien t’hawnhekk.”
“Jiena biex nieħu ġelat tajjeb darba fil-ġimgħa mmur ix-Xlendi Għawdex. Bogħod m’hawn imkien!” temmew jgħidu.
Ritratt: The People of Malta