“Grazzi minn qalbi lil Joseph Muscat…din hija xi ħaġa li jien u r-raġel tant ilna nistennew!” – One News

Notifiki

“Grazzi minn qalbi lil Joseph Muscat…din hija xi ħaġa li jien u r-raġel tant ilna nistennew!”

Hekk stqarret magħna Ornella Xuereb Cianco.

Ornella hija miżżewġa lil Kelvin, u meta kienu ilhom erba’ snin għarajjes, intebħu li hu marid bil-kliewi. L-imħabba tagħhom kienet kbira tant li lanqas din ir-realtà ġdida ma waqqfithom. 

Ftit snin ilu, qabel din il-koppja żżewġet, konna ltqajna magħhom u tkellimna dwar l-isfidi li ġġib magħha ħajja miżżewġa, meta ta’ kull filgħaxija, Kelvin irid ikun imqabbad mal-magni, biex jagħmel dak li l-kliewi tiegħu ma jagħmlux waħedhom.

L-isfidi mhumiex faċli, kif konna rrealizzajna f’din l-intervista.

Illum Ornella tkellimna bi kliem ta’ sodisfazzjon kbir. Ftit tal-jiem ilu, tħabbar li b’investiment ta’ €5.6miljun, se jinbidlu l-magni kollha tar-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei. Uħud minnhom inxtraw lura fis-sena 1999.

B’kollox inġiebu 35 magna, biex 32 jintużaw ta’ kuljum, u 3 jinżammu f’każ li tinqala xi problema f’xi waħda mill-magni.

Dawn il-magni jintużaw minn 185 pazjent, li whud minnhom saħansitra jiġu l-isptar tliet darbiet fil-ġimgħa biex jieħdu dan it-trattament li jdum madwar erba’ sigħat. Proċess li fih jissaffa d-demm, hekk kif il-kliewi ta’ dawn il-pazjenti ma jkunux qed jaqdu din il-funzjoni.

Dan ifisser li b’kollox fis-sena isir mal-20,000 trattament ta’ dan it-tip.

Dan l-investiment kien possibbli biss grazzi għall-immaniġġjar b’saħħtu tal-finanzi mill-Gvern, u s-surplus li nkiseb.

Dawn il-magni mgħammra bl-aħħar teknoloġija se jġibu differenza notevoli f’ħajjet il-pazjenti li jużawhom, hekk kif fihom faċilitajiet li qabel ma kienx hawn f’pajjiżna, u li se joffru trattament aħjar.

Kliem Ornella huwa xhieda ta’ dan, u fi kliemha stess: “Il-Partit Laburista qed jagħmel ħafna ġid!”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend