Aktar kandidati eletti… l-għadd tal-voti jkompli – One News

Notifiki

Aktar kandidati eletti… l-għadd tal-voti jkompli

Sal-17.00 ġew eletti tmintax-il kandidat minn Distretti differenti. Il-proċess elettorali għadu għaddej fiċ-ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.

Dawn huma l-kandidati eletti sa issa u li huma fiċ-ċans li jiġu eletti:

L-ewwel distrett

Fuq l-ewwel distrett għall-Partit Laburista kien elett mal-ewwel għadd Jose Herrera (4,630) u jinsabu f’pożizzjoni b’saħħitha ħafna Aaron Farrugia (3,750) u Deo Debattista (2,578).

Għall-Partit Nazzjonalista kien elett mal-ewwel għadd Mario De Marco (4,721). Claudio Grech (2,823) u Paula Mifsud Bonnici (2,343) jidher li se jiġġieldu għat-tieni siġġu li fuq dan id-distrett itella’ l-Partit Nazzjonalista.

It-tieni distrett

Fuq it-tieni distrett l-Prim Ministru Joseph Muscat kiseb 14,774 vot tal-ewwel preferenza. F’pożizzjoni b’saħħitha hemm Joe Mizzi (3,814) u Helena Dalli (3,791), segwiti minn Chris Aguis (2,014).

Għall-Partit Nazzjonalista kiseb 4,671 vot Stephen Spiteri li wkoll kien elett mal-ewwel għadd. Jidher li dan se jkun l-uniku siġġu li l-PN itella minn dan id-distrett.

It-tielet distrett

Chris Fearne (4,693) ġie elett mal-ewwel għadd. Isegwi Carmelo Abelo (3,078) u Silvio Grixti (2,568) segwiti minn Owen Bonnici (2,010).

Għall-Partit Nazzjonalista kiseb 1,769 vot Mario Galea u warajh Stephen Spiteri 1,276.

Ir-raba’ distrett

Chris Fearne (5,405) u Konrad Mizzi (4,968) kienu eletti mal-ewwel għadd għall-Partit Laburista. Ġie elett ukoll Silvio Parnis (4,448).

Għall-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi kiseb 2,520 vot u warajh Carm Mifsud Bonnici kiseb 1,520 vot.

Il-ħames distrett

Fuq dan id-distrett il-Prim Ministru ġie elett b’12,886 vot. Segwit minn Julia Farrugia Portelli (2,394), Owen Bonnici (2.368) u Stefan Zrinzo Azzopardi (2,342).

Għall-Partit Nazzjonalista hemm fuq quddiem Toni Bezzina b’2,871 vot tal-ewwel preferenza. Herman Schiavone għandu 1,151 vot.

Is-sitt distrett

Dan hu distrett mill-iktar interessanti speċjalment f’dawk li huma voti għall-Partit Laburista. Silvio Schembri kien elett mal-ewwel għadd bi 3,950. Robert Abela kiseb 3,512 vot (ftit mijiet bogħod mill-kwota), Roderick Galdes kiseb 2,849 vot u Rosianne Cutajar 2,011 vot.

Għall-Partit Nazzjonalista ġie elett Ryan Callus (4,570) u warajh Clyde Puli b’3,387 vot.

Is-seba’ distrett

B’5,566 vot Ian Borg kien elett għall-Partit Laburista mla-ewwel għadd, elett ukoll Edward Scicluna li kiseb 4,197 vot.

Għall-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qed quddiem b’2,227 vot. Jean Pierre Debono għandu 1,992 vot u Antoine Borg 1,490.

It-tmien distrett

Fit-tmien distrett ħadd ma kiseb kwota mill-ewwel għall-Partit Laburista. Fuq quddiem hemm il-Professur Edward Scicluna bi 3,582 vot u warajh Chris Cardona bi 3,221. Edward Zammit Lewis għandu 2,790.

Hawn kien elett mal-ewwel għadd għall-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li kiseb 6,484 vot tal-ewwel preferenza. Therese Comodini Cachia għandha 2,157 vot u David Agius 2,065 vot.

Id-disa’ distrett

Fuq dan id-distrett hemm Clifton Grima li għandu 2,609 vot, Michael Falzon b’2,093 vot u jsegwihom hemm Edward Zammit Lewis b’1957 vot.

Għall-Partit Nazzjonalista Kristy Debono ġiet eletta mal-ewwel għadd b’4,022 vot segwita minn Robert Arrigo b’ 2,136 vot u Marthese Portelli b’1,519 vot.

L-għaxar distrett

Fuq dan id-distrett hemm Evarist Bartolo li b’2,786 vot jinsab fl-ewwel pożizzjoni. Isewgu Michael Falzon (2,287).

Għall-Partit Nazzjonalisa tela mill-ewwel Robert Arrigo (4,793) u warajh hemm Karl Gouder (1,280), George Pullicino (1,202) u Marlene Farrugia (1,201).

Il-ħdax –il disrett

Sa issa mhemm ebda kandidat elett għall-Partit Laburista. L-iktar li kiseb voti tal-ewwel preferenza kien Anthony Agius Decelis b’2,995. Isegwih Alex Muscat b’2,458 u Chris Cardona 2,294.

Għall-Partit Nazzjonalista ġie elett Simon Busuttil b’11,266 vot segwit minn David Agius (3,585), Edwin Vassallo (1,805) u Ivan Bartolo (1,088).

It-tnax –il distrett

Bi 3,576 jinsab viċin il-kwota Michael Farrugia għall-Partit Laburista. Isegwuh Evarist Bartolo  (2,463) u Deborah Schembri (2,351).

Għall-Partit Nazzjonalista ġie elett Simon Busuttil b’9,389 vot. Robert Cutajar għandu 2,628 vot segwit minn Claudette Buttigieg (1,127).

It-tliettax –il distrett

F’dan id-distrett, Anton Refalo ġie elett b’4,853 vot. Segwit Justyne Caruana bi 3,396 vot u Clint Camilleri 2,712 vot.

Għall-Partit Nazzjonalista kien elett Chris Said b’4,642 vot u ssegwih hemm Marthese Portelli b’3,201 vot.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend