Sewwieqa nqalbet bil-karozza wara inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.30 fi Triq Bieb is-Sultan.
Il-mara għandha 49 sena u residenti l-Kalkara, magħha kien hemm ukoll bintha ta’ tlettax-il sena. Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhijiex magħrufa.