ILLUM huwa l-aħħar ċans biex tiġbor il-vot tiegħek – One News

Notifiki

ILLUM huwa l-aħħar ċans biex tiġbor il-vot tiegħek

Illum huwa l-aħħar ċans biex tiġbor il-vot tiegħek. 

Illum, il-Ħamis, l-1 ta’ Ġunju, 2017, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (Ex-Trade Fair Grounds, faċċata tal-ground tal-football) u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex.

Il-ħinijiet li fihom tista’ tiġbor id-dokument tal-vot huwa mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl.

Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tmur personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali.

Dawn il-votanti għandhom jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità. 

L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.

Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorġu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju.

Skont il-liġi ma jistgħux jiġu stampati, jitqassmu jew jinġabru dokumenti tal-vot fit-2 u fit-3 ta’ Ġunju, 2017.

Mingħajr dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni. Għalhekk inħeġġuk biex illum tiġbor il-vot tiegħek u tivvota Nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend