Bil-filmat: L-aqwa għaxar mumenti ta’ Joseph Muscat f’din il-kampanja – One News

Notifiki

Bil-filmat: L-aqwa għaxar mumenti ta’ Joseph Muscat f’din il-kampanja

Erba’ snin wara li l-poplu fdalu t-tmun ta’ pajjiżna b’mandat ċar u b’saħħtu, il-Prim Ministru Joseph Muscat kiber fi statista li din l-art għad trid tfakkru bħala iben dehen tagħha. Prim Ministru li f’għajnejh hemm biss il-bajda u ħamra li tgħaqqadna lkoll bħala wlied il-ġens Malti.

L-imħabba lejn Malta li kienet riflessa f’kampanja pożittiva msejsa fuq il-ħolma Maltija li Joseph Muscat għandu għalina.

It-tim ta’ One News ġabar l-aqwa għaxar mumenti ta’ Joseph Muscat f’din il-kampanja. Mumenti li huma l-aqwa xhieda li hu biss, il-Prim Minsitru Muscat, li jista’ jmexxina ‘l quddiem lejn l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

L-aqwa għaxar mumenti ta’ Joseph Muscat; Xhieda ħajja tal-bidla fid-direzzjoni, il-preżentazzjoni tal-Manifest Elettorali, il-Kungress tal-Partit Laburista, id-dibattitu fl-Università, Malta Files: Muscat jiddefendi lill-Maltin kollha, “Uliedkom huma wliedi wkoll”, il-fjura lill-Prim Ministru, il-preżenza ta’ Michelle Muscat u wliedhom, it-tbassir u ‘l-costings’ u l-merħba enormi ta’ kuljum.

Ara hawn isfel l-għaxar mumenti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend