Nisa Laburisti tilqa’ l-introduzzjoni ta’ leave speċjali għall-ġenituri prospettivi – One News

Notifiki

Nisa Laburisti tilqa’ l-introduzzjoni ta’ leave speċjali għall-ġenituri prospettivi

“Dan huwa pass kbir il-quddiem fl-istorja tal-IVF f’pajjiżna u juri l-impenn personali tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ta’ widen ta’ dawk għaddejjin mill-proċess” qalet Claudette Abela Baldacchino President ta’ Nisa Laburisti li  żiedet tfaħħar ukoll l-impenn tal-Ministeru għad-djalogu soċjali, affarijiet tal-konsumatur u libertajiet ċivili.

Koppji li jkunu għaddejjin mill-IVF f’Malta jew barra minn Malta ser ikunu intitolati għal mitt siegħa leave bi ħlas sħiħ bejniethom li tkun imħallsa mill-prinċipal.

Dan il-leave se jingħata sa massimu ta’ tliet proċessi ta’ IVF.

Dan il-leave se jkun jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin matul il-proċess tal-IVF u se jkun jista jinqasam f’sittin siegħa għall-ġenitur prospettiv li se jkun qed jirċievi l-impjant tal-embriju, u erbgħin siegħa għall-ġenitur l-ieħor.  Il-leave jista’ jittieħed fl-istess ħin mill-ġenituri prospettivi u jista’ jittieħed f’mod kontinwu jew jitqassam f’siegħat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend