“L-aħbar tajba hi li l-aqwa żmien ta’ Għawdex għadu ġej” – JM – One News

Notifiki

“L-aħbar tajba hi li l-aqwa żmien ta’ Għawdex għadu ġej” – JM

“L-aħbar tajba hi li l-aqwa żmien żmien ta’ Għawdex għadu ġej”

Quddiem eluf ta’ nies fix-Xagħra Għawdex il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal lill-Għawdxin li dak li Gvern Laburista wettaq f’Għawdex mhux biżżejjed u biex jagħmlu kuraġġ għaliex l-aqwa żmien ta’ din il-gżira għadu ġej.

Huwa tkellem fuq il-kisbiet li għamel Gvern Laburista taħt it-tmexxija tiegħu u tenna li huwa kburi b’dak “li ksibna flimkien”. Għawdex qatt ma ra daqshekk xogħol u ġid qal il-Prim Ministru u dan huwa rifless fin-numru ta’ turisti li qed iżuru lil din il-gżira, in-numru ta’ ħaddiema li hemm jaħdmu f’Għawdex stess bil-Prim Ministru jtenni li “Għawdex qatt ma ra daqshekk nies jaħdmu u li sabu xogħol fil-gżira Għawdxija.”

Anke f’dawk li huma lukandi u akkomodazzjoni f’Għawdex, minn lukandi li kienu qegħdin jagħlqu illum hemm 79 applikazzjoni ġdida għall-akkomodazzjoni f’Għawdex. Iżda l-aħbar it-tajba hija li mhux biss f’dawn l-aħħar erba’ snin din il-gżira kompliet timxi ‘l quddiem iżda li “l-kbir għadu ġej.”

Il-Mexxej Laburista saħaq li għal Għawdex, Gvern Laburista għandu sensiela ta’ inċentivi ġodda bla preċedent u li Gvern Laburista se jkun qed jifqa lil din il-gżira bix-xogħol. Hawnhekk, għamel referenza għal numru ta’ proposti li wieħed isib fil-manifest elettorali li se jkunu qed jibdlu din il-ħolma li Għawdex jkompli jara aktar ġid u ta’ Għawdxin li l-ġid jasal għandhom, fosthom dik li n-negozji li jirrilokaw lejn Għawdex minn Malta jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul fl-ewwel 3 snin tal-operat, filwaqt li nagħtu tax refund tal-ispejjez kollha biex isir it-traslokar.

Għalhekk, huwa kellu appell ċar għall-Għawdxin biex nhar is-Sibt jivvottaw għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista u jagħtu sinjal ċar li jridu li Għawdex ikompli jimxi aktar ‘il quddiem. Dan b’referenza għall-proposti ta’ Simon Busuttil.

Dik li l-Prim Ministru sejjaħ bħala l-unika proposta ta’ Simon Busuttil għal Għawdex – “Hija li jwaqqaf l-investiment li qed isir fl-isptar f’Għawdex.” Sptar li fi kliem il-Mexxej Laburista se jkun qed ibiddel darba għal dejjem is-saħħa f’Għawdex. L-investiment ta’ Barts li se jħalli €50 miljun fl-ekonomija Għawdxija apparti li se “jħaddem ulied, nies u jiġġenera aktar xogħol lir-restoranti u n-negozji.”

Filwaqt li ħaddieħor qed ibeżża’ aħna niġu bil-fatti, qal il-Prim Ministru quddiem folla li rat Gvern li għall-ewwel drabba tratta lil Malta u Għawdex l-istess.

“Għalhekk, is-Sibt li ġej huwa kruċjali speċjalment għall-Għawdxin. Huwa dmir tagħkom li tivvottaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista u tagħtu sinjal ċar li ħadd ma jkun jista’ jinjora.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend