Kisbiet li jxejnu l-kritika tal-PN – One News

Notifiki

Kisbiet li jxejnu l-kritika tal-PN

Taħt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intlaħqu bosta ftehimiet Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizz finanzjarji.

Fost dawn hemm id-dossiers li għandhom x’jaqsmu mas-Securitisation, u Venture Capital and Entrepreneurship Funds. Ftehimiet li ntlaħqu propju f’dawn il-jiem taħt tmexxija Maltija.
Dawn jingħaqdu ma’ xogħol imwettaq u files magħluqin tul il-Presidenza Maltija, bhal dak milħuq magħruf bħala Anti-tax Avoidance Directive. U ħidma fuq l-Anti Money Laundering Directive.
Ħidma sfiqa li, innota l-Ministru Edward Scicluna, issorprenda b’mod pożittiv lill-Unjoni Ewropea – għaliex pajjiżna irnexxielu jikseb riżultati u kompromessi Ewropej li bosta kienu jaħsbu ferm iktar diffiċli li jintlaħqu.
Għaldaqstant innota kif minkejja l-kummenti dispreġġjattivi li qed jingħad mill-PN dwar pajjiżna, ir-realtà hi li pajjiżna mhux biss huwa konformi mar-regoli Ewropej, imma qed ikun minn ta’ quddiem li b’effiċjenza jsaħħahom fuq livell Ewropew.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend