Il-karozzi tal-Presidenza Maltija f’irkant b’risq il-MCCFF – One News

Notifiki

Il-karozzi tal-Presidenza Maltija f’irkant b’risq il-MCCFF

Fi tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Muscat Motors, li huma l-aġenti uffiċjali tal-BMW f’Malta, ħa jkunu qed jirkantaw it-tmenin karozza li qed jintużaw fil-Presidenza u jagħtu l-profitt kollu b’risq l-MCCFF. Dawn il-karozzi jikkonsistu f’40 karozza tat-tip “5 series” u 40 karozza tat-tip “4 series.” Dan ħabbru s-Sur Hugh Mercieca waqt it-tnedija ta’ din l-inizjattiva fil-Palazz Verdala.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg, li min-naħa tiegħu rringrazzja lil Muscat Motors kemm tal-kollaborazzjoni tagħhom tul il-Presidenza, u talli qed jagħmlu dan il-ġest. 

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lil Muscat Motors u lil Ian Borg u lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, għax-xogħol siewi tagħhom, kif ukoll għall-inizjattiva biex jgħinu lill-Malta Community Chest Fund Foundation. B’dan il-mod, il-Malta Community Chest Fund Foundation tkun tista’ tgħin aktar persuni fil-bżonn. Il-President Coleiro Preca żiedet tgħid li ħadet gost tisma’ liż-żewġ partiti ewlenin jikkomettu ruħhom li jerfgħu mill-piż tal-mediċina tal-kanċer, “għax b’hekk inkunu nistgħu nassiguraw ċertu sostenibbiltà wkoll għall-fond tal-Malta Community Chest Fund Foundation.”

L-irkant se jkun qiegħed isir għal ħabta ta’ Settembru.

Ritratt – OPR

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend