Għada l-aħħar ġurnata li tista’ tiġbor id-dokument tal-vot – One News

Notifiki

Għada l-aħħar ġurnata li tista’ tiġbor id-dokument tal-vot

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li, l-Ħamis, l-1 ta’ Ġunju, 2017, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (Ex-Trade Fair Grounds, faċċata tal-ground tal-football) u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex. Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl.

Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tmur personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali.  Dawn il-votanti għandhom jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità.  L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.

Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorġu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju.

Skont il-liġi ma jistgħux jiġu stampati, jitqassmu jew jinġabru dokumenti tal-vot fit-2 u fit-3 ta’ Ġunju, 2017.

Mingħajr dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend