Dak li tkellem fil-mass meeting tal-PN FOST L-AKTAR LI JĦAWWAD – One News

Notifiki

Dak li tkellem fil-mass meeting tal-PN FOST L-AKTAR LI JĦAWWAD

Manfred Weber, il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew, huwa fost dawk f’nofs skandlu ta’ kif jintużaw fondi Ewropej, maħsuba biex il-membri tal-Parlament Ewropew imexxu uffiċini fil-kostitwenza tagħhom u jkunu viċin in-nies.

Dan hu skandlu li nfirex madwar l-Ewropa kollha u li jikkonferma kif skemi mħaddma mill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista f’Malta wkoll imorru kontra l-prinċipji ta’ trasparenza tajba.

Għalhekk ma kinitx sorpriża li anke Manfred Weber, ħabib ta’ Simon Busuttil, li saħansitra kien mistieden għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista, huwa fost dawk li spiċċaw f’nofs dan l-iskandlu.

L-uffiċċju tiegħu huwa tista’ tgħid parti mid-dar tiegħu, ‘l bogħod minn fejn jgħixu n-nies fir-reġjun tal-Bavarja, ir-reġjun li jirrappreżenta. Weber ma weġibx għall-mistoqsijiet li sarulu bħala parti minn din l-investigazzjoni ta’ kif jintefqu erbgħin miljun ewro minn fondi Ewropej fejn fil-każ tiegħu l-indikazzjoni hi li jħallas lilu nnifsu għall-kirja tal-uffiċċju. 

Din l-investigazzjoni hi simili għal dik li saret f’pajjiżna mill-gazzetta KullĦadd u li kixfet kif membri tal-parlament ewropew tal-partit nazzjonalista jużaw il-flus li jdaħħlu mill-General Expenses Allowance biex igawdi l-Partit Nazzjonalista.

Dan mhux biss billi jikru uffiċini fid-Dar Ċentrali, iżda wkoll billi Therese Commodini Cachia tħallas il-paga ta’ strateġist ewlieni tal-Partit Nazzjonalista.

L-użu ta’ dawn il-fondi ilhom kwistjoni għal ħafna snin u ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm vot fil-parlament ewropew dwar it-tisħiħ tar-regoli bil-għan li tiżdied it-trasparenza

Iżda, l-membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista vvotaw kontra li jkun hemm iktar trasparenza biex ftit wara sar magħruf li huma stess qegħdin jiksru r-regoli u jużaw fondi Ewropej biex minnhom igawdi  l-Partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend