Destiny illejla tieħu sehem fis-semi-finali ta’ Britain’s Got Talent – One News

Notifiki

Destiny illejla tieħu sehem fis-semi-finali ta’ Britain’s Got Talent

Illejla l-Maltin u l-Għawdxin se jkunu qed jistennew quddiem it-televiżjoni biex jisimgħu l-interpretazzjoni tant mistennija tal-kantanta Maltija Destiny Chukunyere hekk kif illejla se tkun qed tkanta fis-semi finali ta’ Britian’s Got Talent.

Destiny rnexxielha tagħmilha mal-aħħar 40 finalist wara li mpressjonat lill-ġurija, fosthom lil Simon Cowell bl-ewwel audition tagħha. Issa Destiny se tkun qed tikkompeti mas-semi-finalisti biex tkun fiċ-ċans li tgħaddi għall-finali tant popolari ta’ din is-sensiela televiżiva. Għalhekk, għad irridu nistennew u naraw jekk hux se tkun qed jirnexxiela tgħaddi għall-finali biex tkun fiċ-ċans li tirbaħ u tieħu sehem fir-Royal Variety show, li huwa wieħed prestiġjuż li għalih tattendi r-Reġina.

Destiny mhux se tkun l-unika waħda li llejla se tkun qed tipprova tgħaddi għall-finali dan hekk kif se jkunu qed jipparteċipaw aktar talenti magħżula.

Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni tant popolari se jsir il-Ħadd 4 ta’ Ġunju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend