Żewġ nisa u raġel evakwati b’ħelikopter tal-FAM – One News

Notifiki

Żewġ nisa u raġel evakwati b’ħelikopter tal-FAM

Żewġ nisa u raġel ddaħħlu Malta għall-kura wara li ġew evakwati minn fuq bastiment permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fi stqarrija, l-Forzi Armati ta’ Malta qalu li salvaw żewġ nisa u raġel li kellhom bżonn għajnuna medika urġenti fuq vapur. Dan wara li saret sejħa għall-għajnuna miċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni u Salvataġġ Marittimu f’Ruma.

It-tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend