Busuttil jikkonferma: id-deal tax-Shell li gawda minnu sar meta kien Viċi Kap tal-PN – One News

Notifiki

Busuttil jikkonferma: id-deal tax-Shell li gawda minnu sar meta kien Viċi Kap tal-PN

Simon Busuttil dalgħodu kellu jikkonferma li l-kważa tax-Shell inqagħtat fl-2013. Jiġifieri meta kien Viċi Kap tal-PN.

Ilbieraħ Joseph Muscat iffaċja lil Simon Busuttil fuq commissions li ħa minn ftehim marbut mal-iskandlu taż-żejt. Iffaċjat b’dan kemm ilbieraħ u kemm dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet, Busuttil ma ċaħadx li daħħal flus fil-but. Anzi, kkonferma li ħadhom meta kien Viċi Kap tal-PN.

Joseph Muscat affaċja lil Busuttil dwar każ li kien ilu disa’ snin il-Qorti, u li,nqata’ b’kumpens mill-kabinett ta’ Lawrence Gonzi, malli Simon Busuttil sar Viċi-Kap. Tax-Shell ħadu €5 miljun għax kienu żvantaġġjati fil-mod kif jinxtara ż-żejt f’dak li hu l-ikbar skandlu fl-istorja politika ta’ pajjiżna.

Mill-ħames miljuni li ħadu x-Shell, Simon Busuttil gawda bil-commission.

SIMON BUSUTTIL MAĦMUĠ

SIMON BUSUTTIL MAĦMUĠ

Geplaatst door One News | onenews@one.com.mt op vrijdag 26 mei 2017

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend