Qraba ta’ anzjani jilmentaw minn pressjoni lejliet il-vot – One News

Notifiki

Qraba ta’ anzjani jilmentaw minn pressjoni lejliet il-vot

Qraba ta’ anzjani residenti f’Hilltop Gardens in-Naxxar ilmentaw ma’ ONE NEWS dwar pressjoni fuq qrabathom lejliet il-vot.

Fissru kif bħal donnu ma kienx biżżejjed li fl-aħħar jiem it-televiżjoni kien kontinwament fuq NET Television, issa inqas minn 24 siegħa biex jibdew jivvotaw, kandidati tal-Partit Nazzjonalista qed ikollhom żjarat organizzati.

Meta ċċekjajna ma’ imkejjen tagħna fid-dar, dawn ikkonfermaw li fl-aħħar ġimgħat l-anzjani esperjenzaw pressjoni mingħajr qies u għalkemm inġibdet l-attenzjoni tat-tmexxija tad-dar ma ttieħdet ebda azzjoni.

Semmewlna individwi b’isimhom qrib il-Partit Nazzjonalista. Fosthom Charmaine Attard, Elaine Camilleri u Josef Petroni, dan tal-aħħar ikun ma’ Simon Busuttil. Iċ-ċirasa fuq il-kejk huma ż-żjarat ta’ Claudette Buttigieg dalgħodu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend