KOMPLEJNA BIS-SURPLUS; ippubblikata l-istatistika għall-ewwel xhur tal-2017 – One News

Notifiki

KOMPLEJNA BIS-SURPLUS; ippubblikata l-istatistika għall-ewwel xhur tal-2017

Fl-ewwel terz tal-2017, il-Fond Konsolidat kellu surplus ta’ €21 miljun.

Dan huwa l-aqwa surplus fil-Fond Konsolidat għal dan il-perijodu tas-sena, fl-istorja ta’ pajjiżna.

Filwaqt li fl-2016 kollu kemm hu, pajjiżna kellu surplus ta’ €9 miljun, fl-ewwel terz tas-sena li għaddiet il-finanzi pubbliċi kellhom żbilanċ ta’ €77 miljun. Dan ifisser li meta mqabbel mal-2016, l-ewwwel sena b’suplus f’dawn l-aħħar 35 sena, fl-ewwel terz tal-2017 diġà kellna titjib ta’ kważi €100 miljun.

Mentri fl-ewwel erba’ xhur tal-2017 għandna surplus ta’ €21 miljun, fl-istess perijodu tal-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm defiċit ta’ €232 miljun.

Id-dħul tal-Gvern fl-ewwel terz tal-2017 kien €153 miljun aktar mill-istess perijodu sena ilu. 40% ta’ din iż-żieda kienet dovuta għal dħul ogħla minn fondi Ewropej. Barra minn hekk kien hemm żidiet fid-dħul mit-taxxi, evidenza ta’ kemm l-ekonomija għadha qed tikber b’ritmu b’saħħtu. Per eżempju kien hemm żieda ta’ €22 miljun mill-income tax, ta’ €20 miljun mill-VAT u €16 miljun mill-bolla.

Fl-ewwel terz tal-2017, l-ispiza tal-Gvern żdiedet b’€60 miljun fuq is-sena li għaddiet, jew daqs nofs iż-żieda li seħħet fl-istess perijodu fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti.

Dan iġib fix-xejn id-diskors tal-Oppożizzjoni li bħalissa l-ispiza pubblika mhix tinżamm taħt kontroll. Ta’ min ifakkar li fit-tliet xhur li Simon Busuttil kien Viċi-Kap tal-Partit fil-Gvern, id-dejn nazzjonali kien żdied b’medja ta’ €100 miljun kull xahar.

B’kuntrast, bħalissa tant il-finanzi pubbliċi qed jitmexxew b’galbu, li l-ispiza fuq imgħaxijiet fuq id-dejn pubbliku naqset fl-ewwel terz tal-2017.

Fi żminijiet l-amministrazzjonijiet preċedenti, l-ispiza fuq l-imgħaxijiet kienet fost l-aktar spejjeż li kienu jogħlew sena wara sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend