Tliet ftehimiet mal-Gvern ifissru €960,000 fis-sena lil min l-aktar għandu bżonn – One News

Tliet ftehimiet mal-Gvern ifissru €960,000 fis-sena lil min l-aktar għandu bżonn

Ġew iffirmati tliet public social partnerships, wieħed ma’ Paolo Freire, mal-Oasi u St Joseph Residential Home.

Permezz ta’ dawn it-tliet kuntratti il-Gvern ser jgħaddi lil dawn l-NGOs €960,000 fis-sena.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijet fejn sar l-iffirmar ta’ dawn it-tliet PSPs.

Dr Farrugia qal illi St Joseph Residential Home joffru servizz residenzjali għal tfal subien li jkollom bżonn ħarsien barra d-dar. Spjega illi bil-ftehim l-antik li kien hemm mal-Gvern, il-Gvern kien iħallas biss għal pagi tal-carers fil-weekends. B’dan il-ftehim il-Gvern issa se jidħol għall-ispiża kważi kollha biex titmexxa din ir-residenza b’mod professjonali.

Paolo Freire Institute jagħtu servizzi terapewtiċi fil-komunità ġewwa ż-Żejtun u l-inħawi tal-madwar lil diversi familji li jkunu jeħtieġu l-għajnuna tagħhom, fosthom għajnuna edukattiva lil tfal li l-familji tagħhom ma jkunux jafforjdaw iħallsu privat lil dawn it-tfal” qal il-Ministru Farrugia

Il-Ministru Farrugia qal illi filwaqt illi fil-każ ta’ St Joseph Institute u Paolo Freire dan huwa l-ewwel public social partnership li qed jiġi ffirmat mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali għaliex qabel kienu jieħdu għajnuna finanzjarja mill-fond tal- NGOs fuq bażi ta’ sena sena, issa ser ikollom kuntratt ta’ tliet snin biex b’hekk ikunu jistgħu jippjanaw aktar fit-tul il-proġetti tagħhom.

“Filwaqt illi l-Oasi, dawn huwa t-tieni kuntratt tagħhom magħna. Oasi jaħdmu fil-qasam tal-kura u r-riabilitazzjoni u prevenzjoni mill-vizzji, bħal riabilitazzjoni mid-droga, alkoħol, kif ukoll logħob tal-azzard” qal il-Ministru Farrugia.

“Li jkollok ekonomija b’saħħitha u budget b’surplus huwa importanti ħafna biex inkunu nistgħu nkomplu nsostnu l-beneffiċji soċjali tagħna, il-pensjonijiet, kif ukoll il-ħarsien soċjali tal-familji u t-tfal tagħna meta jkunu f’mumenti ta’ diffikultà f’ħajjithom. Nixtieq ngħid illi meta fl-2013 Gvern Laburista ħa t-tmexxija ta’ Malta, il-fond fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, biex jiġu mgħejuna l-NGOs kien ta’ inqas minn erba’ miljun ewro fis-sena, issa f’erba’ snin dan tela’ għal viċin l-għaxar miljuni” temm jgħid il-Ministru Michael Farrugia.

Il-kuntratti kienu ffirmati fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali mis-Segretarju Permanenti is-Sur Mark Musù, mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali is-Sur Alfred Grixti u minn Fr Vince Magri għall-Paolo Freire, Dr Joe Azzopardi għall-Oasi u Fr Louis Mallia għal St Joseph Residential Home.  

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend